Banka tal-lottu Lotto office

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal BANKA TAL-LOTTU għandu tlett partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal KAMRA, jiġifieri, ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u ’l isfel u jiffurmaw linja b’angolu rett. (ii) Fit-tieni parti id waħda tieħu l-forma ta’ 5 milwi mill-għekiesi, titqiegħed ’il quddiem bis-swaba stirati ’l isfel u ddur f’ċirku vertikali żgħir. Dan il-moviment ifakkar fit-tidwira li jagħmel il-bomblu tal-blalen bin-numri. (iii) Fit-tielet parti id waħda tieħu l-forma ta’ F u titla’ ftit mill-livell tal-qadd qisha qed taqbad u terfa’ xi ħaġa żgħira bejn is-saba’ l-kbir u l-werrej. Dan ifakkar fl-għażla għamja tal-blalen bin-numri rebbieħa tal-lottu.

The sign for LOTTO OFFICE consists of three parts. (i) The first part is the sign for ROOM, that is, both hands take the shape of 1 with palms facing outwards. The index fingers touch each other and then move to the side and downwards, forming a right angle. (ii) The second part is made with one hand in the shape of 5 bent at the knuckles with fingers stretched downwards. The hand is placed in front and rotates in a small vertical circle. This movement reminds one of the rotating tub with the numbered balls. (iii) The third part of the sign is made with one hand in the shape of F. The hand moves up a little from waist level as though holding and lifting a small object between the thumb and the index finger. This reminds one of the lifting of the balls with the winning lotto numbers from the tub.